Make your own free website on Tripod.com
Autocross in Malta

Regs Autocross 2011

Home
Race Dates 2014.
Race Points 2013 - 2014
Regs Autocross 2011
Regs Demolition 2011
Regs Motocross 2011
Links to Photo Albums
Links / Sponsors
Facilities - Marshals
Some Photos
ASM Champions from 1985
Racetrack Map
ASM 4 x 4 Buggy Speed Circuit Event
General Info
Contact Us
Xewkija Autocross 2003
Darren Dimech_2004
Regolamenti Autocross 2010 - 2011.

REGOLAMENTI – AUTOCROSS

Ottubru 2007 - 2011

2011 02 14

Il-Kumitat Esekuttiv tal-ASM hass il-htiega li jbiddel ir Regolament tal-Bandiera Safra u dan b'effett mill-ewwel tigrija li jmiss. Ara Sezzjoni 6 Nru 3.

SEZZJONI 1.

REGOLAMENTI GHAS-SEWWIEQA

1. Kull sewwieq irid joqghod ghal-ezami mediku u tas-sewqan li jistghu jsiru minn tabib u/jew instructor ta’ l-ASM rispettivament kull meta jkun mitlub jghamel dan.

2. Ilbies tas-sewwieq.

i) Is-sewwieq irid jilbes ilbies protettiv, kemm waqt it-tahrig u kemm waqt il-kompetizzjoni.

L-ilbies jikkonsisti f’helmet, zarbun addattat u protectors u mhux T-shirt jew hwejjeg tan-nylon. Preferibbilment is-sewwieqa jilbsu ‘driving suit’. Komma qasira u qalziet shorts mhux permessi waqt Training / competition.

ii) Jekk sewwieq, ghat-tigrija, jigi mhux liebes skond kif indikat hawn fuq, jigi skwalifikat milli jiehu sehem.

iii) L-istess jghodd ghal sessjonijiet ta’ tahrig (training). Jekk is-sewwieq ma jkunx liebes skond irregolamenti, ma jithalliex jittrenja jew isuq.

iv) Ingwanti (racing glooves) u driving shoes huma rakkomandati li jintuzaw.

3. Is-Sewwieq L-ebda sewwieq ma jista’ jaqsam il-korsa biex iqassar jew biex jghaddi minn x’imkien iehor, hlief dik it-triq indikata bhala korsa.

4. Kull kompetitur irid jinnomina persuna wahda sabiex tidhol tassisti mieghu waqt il-kompetizzjoni. Dan barra l-ghodda li jrid ikollu u li dejjem tinzamm fil-paddock.

Jista’ jkollhom xi boards bin-numri jew dettalji ohra ghall waqt it-tigrija.

5. In-numri li juza’ l-kompetitur jridu jkunu:

i) Dawk moghtija lilu mill-ASM, jew ta’l-istess tip u daqs li tipprovdi l-ASM.

ii) Ebda kompetitur ma jista’ jbiddel in-numru minghajr l-approvazzjoni ta’ l-ASM.

iii) Fuq pjanca bajda b’numri suwed fuq is-saqaf tal-karozza, fuq il-bieba l-baxxa, u fuq il-bonnet ta’ quddiem fuq in-naha tax-xellug.

iv) Mhux anqas minn 6 pulzieri (150mm), u stijl ‘Block Numbers’, (20mm wiesgha).

6. Kull kompetitur irid jiffirma dokument li permezz tieghu, l-istess kompetitur jesonera lill-ASM minn kull inkwiet li jista’ jiffaccja matul u wara l-kompetizzjoni.

7. Kull sewwieq irid jobdi l-istruzzjonijiet tal-Marshalls jew ufficjali ohra, kemm waqt il-kompetizzjoni u / jew l-attivita’ kollha.

8. Kull protest ghandu jsir bil-miktub, minn sewwieq tal-gurnata, mhux aktar tard minn 30 (tletin) minuta wara li tintem il-kompetizzjoni. Kull protest irid jigi akkumpanjat minn depozitu ta’ Lm15 (hmistax illira

Maltija), liema depozitu jintilef jekk il-protest ma jintlaqax. Il-protest jista’ jsir fuq kull karozza li tkun bdiet il-kompetizzjoni tal-gurnata.

9. Is-Sewwieq qatt ma jista jidhol fil-korsa minghajr il-permess ta’ l-ufficjali prezenti, jew isuq kontra iddirezzjoni normali tal-korsa.

10. Multi u pieni fuq hwejjeg ohra li mhux miktuba f’Sezzjoni 1 paragragu 8 u 9 ta’ hawn fuq jaqghu fiddiskrezzjoni tal-Kumitat tas-Sezzzjoni Autocross, b’approvazzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv.

11. Protest jista’ jsir mill-ufficjali inkarigati u / jew minn kompetitur tal-gurnata biss.

12. Kull sewwieq irid jirregistra l-karozza tieghu qabel kull kompetizzjoni. L-ahhar hin li wiehed jista’ jirregistra ghall kompetizzjoni ikun nofs siegha qabel il-hin avzat ghat tigrija.

13. Il-Karozza trid tkun ipprezentata ghall-kompetizzjoni skond ir-regolamenti ufficjali. L-ASM, permezz ta’ ufficjal mahtur biex imexxi l-iskrutineering tista’ titlob li l-makna u / jew hwejjeg ohra, jigu miftuha jekk ikun hemm is-suspett li c-cilindrata ta’ l-istess makna ma tkunx dik permessa mir-regolamenti.

F’dan il-kaz l-ASM thallas lis-sewwieq l-ispejjes li ragonevolment jidhol fihom il-kompetitur. Fl-ebda kaz dan il-hlas ma jaqbez Lm10 (ghaxar liri Maltin). Dak is-sewwieq li jirbah protest minn kompetitur iehor, jista jinghata kumpens sa Lm15 (hmistax il-lira Maltija).

Jekk jigi kkonfermat li l-makna ma tkunx skond ir-regolamenti, il-kompetitur

i) Jigi mmultat Lm50 (hamsin lira Maltija).

ii) Jigi skwalifkat sa (5) hames attivitajiet tal-kampjonat. Jekk il-kampjonat ikun qrib jew wasal fit-tmiem, il-piena titkompla fil-kompjonat li jkun imiss. Il-kompetitur jitlef ukoll il-punti miksuba fl-ahhar attivitajiet tal-kampjonat, ekwivalenti ghan-numru ta’ attivitajiet li jkun gie skwalifkat.

iii) Ma jkunx jista’ jiehu sehem f’attivitajiet u kompetizzjonijiet organizzati mill-ASM sakemm isir il-hlas tal-multa. L-anqas ma jkun jista’ jiehu sehem f’kull elezzjoni tal-ASM inkluz l-AGM.

14. Kemm il-darba l-karozza tinqaleb jew tieqaf; is-sewwieq jigi eliminat minn dik it-tigrija jekk il-karozza tintmess mill-marshals helpers, ecc.

i) Is-sewwieq jigi eliminat minn dik it-tigrija jekk qabel tieqaf it-tigrija il-karozza tintmess mill-Marshals, Helpers, ecc.

ii) Is-sewwieq ma jistax johrog mill-karozza (jekk ma’ jkunx hemm urgenza) qabel ma jkun infurmat mill-Marshals jew Safety Officer.

ii) Jekk il-karozza tinqaleb u terga’ tigi fuq ir-roti minghajr ghajnuna barranija, tista’ tibqa sejra. Jekk le, tirtira.

15. Jekk l-mgieba tas-sewwieq ma tkunx skond l-ordni u r-rispett, kemm lejn l-ufficjali, is-sewwieqa u / jew persuni ohra, jigi skwalifikat immedjatament u awtomatikament.

16. Is-sewwieqa jridu jahtru mhux inqas minn zewg rapprezentanti li jiddeleqawhom ghal xi diffikultajiet waqt il-kompetizzjoni.

17. Il-Kumitat izomm id-dritt li jzid, inaqqas u / jew ibiddel ir-regolamenti skond kif ikun mehtieg matul iz-zmien. Dawk ir-regolamenti miftehma huma obbligatorji daqs dawk miktuba.

18. Hadd ma jista’ jidhol fit-tigrija wara li din tkun bdiet, anki jekk dan / dawn kien imisshom isuqu f’din il-Heat / tigrija.

18b. Min waqt tigrija jolqot karozza wieqfa fil-Korsa (Bandiera Safra murija) ta’ l’anqas jitnaqqsulu Tliet (3) punti ta’ penalita valur ta’ Warning, jekk dn jolqot l-istess karozza fl-istess lok dan jehel Black Flag. Dawn jghoddu minn dawk l-10 punti ta’ Penalita.

19. Il-Korsa:- Il-Kumitat izomm id-dritt li jbiddel il-qies, shape, direzzjoni tal-korsa, izid, inaqqas in-numru ta’ laps, jikkancella l-attivita, skond kif mehtieg fic-cirkustanzi prezenti jew tal-gurnata.

20. It-tigrija:- It-tigrija tal-gurnata tibda minn x’hin titla’ l-ewwel polza. Wara l-polza, hadd ma jista’ jibdel il-karozza registrata / il-polza. L-ewwel polza titla’ 15 il-minuta qabel il-hin avzat.

21. L-AGM:- Min ma jattendix ghall-AGM minghajr raguni valida u din trid tkun approvata mill-Ezekuttiv, jhallas Lm1 zejda ma kull registrazzjoni ghall kompetizzjoni tal-Kampjonat. Dan il-hlas jibqa jsir f’kull attivita sa l-ahhar tas-sena li fiha jkun sar l-AGM tal-ASM.

Sezzjoni 2.

Regolamenti tal-Kompetizzjoni.

1. Il-korsa jkun fiha straights ta’ mhux aktar minn 600 pied, (200 metru) li jkunu wiesa’ mhux nqas minn 25 pied, (8 metri) u l-ewwel kantuniera mill li-start ma tkunx il-boghod izjed minn tliet mitt pied, (300 ft. / 100 metru).

2. Sewwieq li jkun irregistra il-karozza fil-waqt izda jasal tard ghat-tigrija, dan jitlef postu ghall dik il- Heat jew tigrija biss. Dan jista jidhol fil-kompetition fir-round li jmiss.

3. Kull sewwieq irid jirregistra il-karozza tieghu fil-hin stipulat mill-ASM. Jekk dan ma jsirx, is-sewwieqa jkunx jista jippartecipa f’dik il-kompetizzjoni jew attivita. L-ahhar hin li wiehed jista’ jirregistra ghall Kompetizzjoni tal-Kampjonat hu 30 minuta qabel il-hin avzat ghall dik l-attivita.

4. L-ebda mbuttar volontarju, accidentali jew sewwieq isakkar in-naha ta’ gewwa tal-korsa, isallab filkorsa quddiem karozza vicin tieghu ma’ huwa permess. Dan jigi meqjus bhala sewqan perikoluz.

Jekk ikun il-kaz, is-sewwieq jinghata sinjal bil-bandiera Sewda kif indikat fil-paragrafu 8 (Bandieri) ta’ din is-sezzjoni. Jista’ jintwera ‘Bandiera Blu Tperper’ qabel tintwera l-‘Bandiera s-Sewda’.

5. Start.

i) Id-dwal ta’ li-Start huwa Ahmar, li jfisser Rev, u Ahdar li jfisser TLUQ. Dawk is-sewwieqa li jkollhom xi diffikulta fuq li start iridu jinfurmaw lill li-starter Ufficjali QABEL u mhux wara is-sinjal ta’ li-Start.

ii) Pole Position. Meta jintghazlu is-sitt (6) finalisti tal-gurnata, dawn jiehdu posthom fuq li Start Line skond polza gdida li titla’ dak il-hin. Hadd ma jista jibdel postu. Dan jghodd ghall Klassi A u B.

iii) Jekk sewwieq ma jkunx prezenti u lest fuq li-Start Line fi zmien zewg minuti, dan jigi eliminat ghal dik it-tigrija, anke jekk din tkun il-finali tal-gurnata.

iv) False Start. Dak is-sewwieq li jaghmel False Start darbtejn fl-istess start, jigi eliminat ghal dik ittigrija biss, anke jekk din tkun il-finali tal-gurnata. Dan ma jiehu l-ebda punti jew premju ta’ din ittigrija.

v) Red Flag waqt tigrija. Jekk tigrija titwaqqaf permezz ta’ ‘Red Flag’ meta jkunu tkomplew aktar minn nofs il-laps, it-tigrija tispicca hemm u ma tergax issir. Jekk ma’ jkunux saru aktar minn nofs il-laps, ittigrija trid terga issir. Rizultat johrog skond l-ahhar Lap Registrata fuq il-‘Finish Line’.

Karozzi li kienu irtiraw mit-tigrija qabel harget ir-‘Red Flag’ ma jistghux jiehdu sehem fir-Re-Start jekk dan jerga jsir.

vi) Direzzjoni tat-tigrija. Xi numru ta’ tigrijiet tal-Kampjonat jistghu jsiru fid-direzzjoni opposta ta’ dik li soltu jsiru it-tigrijiet. Dan (sa fejn hu possibbli) ghandu jigi avzat lill membri fi zmien ragonevoli

6. It-Tigrija:-

i) Is-sewwieqa li jkun prezenti dakinhar tal-kompetizzjoni, jiehdu sehem sa fi tliet tigrijiet Heats u Finali li jsiru hekk;

a) Permezz ta’ polza li tittella ghal kull tigrija (Heat), is-sewwieqa jsuqu fi gruppi ta’ mhux anqas minn erbgha (4) karozzi, imbarra f’cirkustanzi li ma jkunx hemm kontroll fuqhom.

b) Is-sewwieqa jinghataw puntegg skond il-pozizzjoni finali f’kull tigrija / Heat.

ii) Dawn it-tliet (3) Heats ikunu ta’ hames (5) laps il-wahda jew b’Sitt (6) Laps jekk b’sitt (6) karozzi fuq li Start Line.

iii) Il-finali, li ssir fuq mhux inqas minn seba’ (7) laps, issir bejn is-sitt (6) karozzi li jkollhom l-akbar numru ta’ punti waqt il-heats (penali mnaqqsa). Fil-kaz li jkun hemm ‘tie’ (parita) ghas-sitt post jew xi post iehor, jigu kkunsidrati il-punti fit-tliet tigrijiet preliminari. F’kaz ta’ l-istess rizultati, il-post jittella bil-polza. Min jitla’ bil-polza, jsuq.

iv) L-ufficjal inkarigat mill-attivita tal-gurnata ghandu d-dritt li jqassar in-numru ta’ laps skond kif jidhirlu mehtieg, skond ic-cirkustanzi tal-gurnata.

7. Punti fil-finali Klassi “A”, liema punti jghoddu ghall kampjonat, jinghataw hekk:-

          1 post - 9 punti

          2 post - 6 punti

          3 post - 4 punti

          4 post - 3 punti

          5 post - 2 punti

          6 post - 1 punt.

Punti waqt il-Heats tal-gurnata jinghataw fuq l-istess skeda t’hawn fuq, (Nru.7). Dawn il-punti jispiccaw hekk kif jinghazlu il-Finalisti ghall Klassi “A” u “B”.

Il-Finali Klassi “A” biss tghodd il-punti ghall kampjonat ASM ecc.

8. Bandieri.

i) Start ……………………………… Bandiera Nazzjonali

ii) Hamra ……………………………Periklu, kullhadd jieqaf u jitfi l-magna.

iii) Hadra ……………………………Korsa Normali (OK)

Safra ………………………………. Diffikulta jew periklu fil-korsa, (naqqas li speed u ma jistax isir Overtaking bejn il-bandiera u l-ostaklu fil-korsa). Ara Sezzjoni 6 Paragrafu 3.

iv) Blu (Tperper)                                   Halli lill ta’ warajk jghaddi (illappjat).

v) Blu (Fissa)                                         Zomm side fil-korsa (issakkar lill hadd).

vi) Bajda b’salib iswed dijagonali,   L-ahhar Lap.

vii) Kaxxi Bojod u suwed                  Tmiem it-tigrija.

viii) Sewda bi djagonali bojod,         WARNING. Meta din tintwera lill kompetitur, dan jonqsulu 3 punti kull darba li jinghata warning. Mal-bandiera, jista jintwera in-numru tal-vettura.

ix) Sewda ………………………….    Skwalifikat. Jekk din tintwera lill kompetitur, anke jekk fl-ewwel heats tal-gurnata, dan jigi eliminat ghal-bqija tal-gurnata. Minnjinghata bandiera Sewda, jonqsulu 5 punti mir-riserva ta’ ghaxar punti ta’ waqt li stagun.

x) Sewda b’cirku orange. ……….. Jekk Fissa:- ghandek xi hsara mekkanika izda tista’ tibqa sejjer.

Jekk Tperper :-                                  Irtira minhabba sitwazzjoni perikoluza talkarozza.

10. Beginners fil-Kampjonat Autocross. Dawn iridu ta’ lanqas jaghmlu 6 (sitt) sezzjonijiet ta’ 10 (ghaxar) minuti ‘l wahda ta’ sewqan stil kompetittiv fil-korsa, Practice Runs, fil-prezenza ta’ Ufficjali inkarigati mill-ASM.

i) Wara dawn il-Practice Runs, il-kompetitur jithalla jsuq fil-kampjonat jekk jinghata ‘Passed Test’ mill- Ufficjal ‘Race Director’ bi qbil ma’ l-Ufficjali tal-Kumitat Autocross tal-ASM.

ii) Ghall-ewwel zewg attivitajiet, sewwieq Beginner:-

a) Ma jistax jikkompeti fil-finali tal-gurnata, dik ta’ Klassi ‘A’ minn l-1 sa 6 post.

b) Irid jiehu l-ahhar post fuq li-Start (waqt il-Heats), minkejja li l-polza tkun telghet differenti, anki fil-Finali “B”.

c) iwahhal sticker Safra b’Salib iswed diagonali. Din titwahhal fuq il-faccata ta’ wara tal-karozza innaha tal-lemin, u madwar 75cm il-fuq mill-art. Qies :- Kwadru Isfar ta’ 20cm X 20cm. Linji Suwed tas-Salib ta’ 3cm X 3cm.

d) Dan irid jaghmel mhux inqas min 6 attivitajiet bil-sticker imwahhla.

11. Sewwieqa ohra. Sewwieq li jkun ilu ma jikkompeti fil-kampjonat ASM ghal Zewg (2) staguni, jigi meqjus “Beginner” u jista jiehu sehem f’kompetizzjonijiet mal-Helpers / jew tigrijiet organizzati ghal “Ex-Drivers” skond il-kaz partikolari.

12. Starting Line:- Fuq li start, id-Driver irid ikollu xi haga mekkanika sabiex il-karozza ma timxix / tibqa’ ‘Staged’, (ez. Hand brake / line lock, ecc.). Meta il-karozza tkun stejgjata u din timxi qabel is-sinjal tad-dawl tal-istart, dan jitqies “False Start”.

Sezzjoni 3

Safety.

1. Body tal-vettura: Irid ikun tal-fabbrika u f’kundizzjoni tajba. Body / chassis bicca wahda, i.e. (unitary construction / jew bis-sub-frames tal-fabbrika). Materjali mhux tal-maker ma jistghux jintuzaw.

1.1 Dashboard. Jekk din tkun parti integrali mill body u titnehha, is-sewwieq irid iwahhal pipe mimdud mas-saqajn tar-roll-cage flok id-dashboard li tkun tnehhiet. Din trid tkun ta l-istess material tar- Rollcage.

1.2 Tailgate. Din trid tibqa fil-post originali. Tista tigi wweldjata. Din jekk titnehha trid issir pjanca milllivel tal-higga l-isfel.

1.3 Bonnet ta’ quddiem u wara. Jrid ikollhom pjanca tonda jew kwadra (50mm) fejn jehlu s-Safety pins. Irid ikolhom pinnijiet jew xi hag’ohra biex jizguraw li jibqghu mwahhlin mal-body tal vettura anki f’incident.

2. Roll Cage: Trid tkun fuq sitt ponot u tkun padded hdejn ras is-sewwieq. Trid tkun mahduma minn pipes ta’ 1.25 pulzier (pulzier u kwart) diametru u ta’ 1/8 ta’ pulzier hxuna. Il-pipes irid ikollhom toqba ta’ mhux anqas minn 5/16” (8mm), immarkata biz-zebgha cara, biex wiehed jista jara il-hxuna talpipes. Fejn hemm il-welding, (fil-gonot) irid ikun hemm zebgha bajda. Il-pipes vertikali tar-Roll Cage jkunu qrib hafna tal-pilastri vertikali (A post, BC post) tal-vettura.

3. Saqajn tar-Roll Cage: It-truf tal-pajpijiet iridu jkunu iwweldjati ma pjanci mhux inqas minn 6 pulzieri kwadri, u ta’ 1/8 ta’ pulzier hxuna, u dawn iwweldjati max-chassis. Jew is-saqajn tal-pipes jigu wweldjati ma pjanci 6 pulzieri kwadri u 1/8” ta’ pulzier hxuna u wara jigu marbuta ma’ l-art u ma pjanca ohra minn taht il-qieh, (floorboard). Qies tal-bolts: 10mm diametru ta’ kwalita 8.8 ISO jew 3/8’’pulzier ta’ kwalita minima “S”.

4. Crossbar: Zewg pipes iridu jigi wweldjati mar-Roll Cage, fuq in-naha tal-bieba tax-xufier, wahda mimduda f’livell tas-seat (il-parti fejn toqghod bilqieda) u ohra 6 pulzieri ‘l fuq.

5. Bieba tas-sewwieq:

i) Flok il-hgiega trid titwahhal xibka tal-hadid mhux akbar minn 1”x 1”x 1/16”.

ii) Il-bieba tas-sewwieq ma tridx tkun tinfetah: jew tkun iwweldjata jew ibboltjata sew mal-body principali tal-vettura.

6, Bieba tal-passigger: Din trid tigi baxxuta biex tohloq passagg ikbar biex jidhol jew johrog is-sewwieq. Ix-xfar fil-pjanci jridu jitnehhew. Il-handle (puwm) tal-bieba jrid jitnehha kemm il-darba din tkun ma tinfetahx.

7. Hgieg:- Il-hgieg kollhu, inkluz tal-fanali jrid jitnehha.

8. Wiring: Wires zejda u bla uzu jridu jitnehhew u dawk li jghaddu minn gol-body jridu jkunu protetti bi grommets.

9. Bumpers: Bumpers u l-brackets taghhom iridu jitnehhew. Jista’ jinghata ordni biex isir xi haga alternattiva minnflok, minhabba is-safety. Bumpers moderni (tal-Plastic) jitnehha r-rinforz taghhom u jsiru toqob biex jindikaw dan. Il-Brackets ta’ dawn ma jistghux jigu rinfurzati. Dawk il-karozzi li ghandhom il-Bumpers tal-Plastic irid ikollom l-appruval mil-Kumitat Autocross biex ikunu jista juzah.

10. Tyres:-

10.1 Tyres tat-triq jew bil-marki “Town & Country”, “Mud & Snow” ‘’Road’’ jew tat-tip “Rally”. Tyres “Racing” ma jintuzawx. It-tyres kollha jridu jkunu bit-tubi.

Tyres “Industrial” jew “Off-Road” Agriculturi mhux permessi.

It-tyres ma’ jistghux jigu ssingjati (hand cut). Strides, ktajjen ecc., mhux permessi.

Wire wheels, Split rims, rims tal-hadid imwessa’ mhux permessi.

Tyres ikbar minn 175mm ma jistghux jintuzaw, izda d-dijametru tar-rim huwa ‘free’.

L-ebda tyre ma’ jista’ johrog ‘il barra mill-body.

10.2 Wheel arches ma jistghux jizdiedu. Dawn huma permessi (bl-istess qies u materjal) jekk kienu originali fuq dak il-body.

10.3 Hill-climbs. Tyres 185mm jistghu jintuzaw. Semi-slick / Slick / hand-cut slicks mhux permessi.

Dawn Iridu jkunu DOT Approved.

11. Xfar tal-mudguards. Tista’ twahhal virga tonda (6mm / ”) mad-dawra tal-mudguard. L-ebda xfar ilbarra ma’ huma permessi.

12. Mirja: Il-mera ta’ gewwa trid tkun fuq sieq breakable u l-mera ta’ barra tat-tip “Racing”.

13. Wipers. Wipers, pinnijiet u ohrajn iridu jitnehhew.

14. Xfar. Xfar madwar u minn gewwa tal-vettura kollha jridu jitnehhew.

15. Bonnet Pins: Kemm fuq quddiem u fuq wara, dawn iridu jkunu tal-hadid biss. Dawn irid ikollhom ‘washers’ kbar (50mm tond / kwadru) qabel jehel is-Safety pin.

16. Bonnet Lock: Il-lock tal-bonnet irid jitnehha izda is-saftey catch tista’ tibqa f’postha.

17. Seat tas-Sewwieq: Dan irid ikun kwalita tajba, u marbut sod f’post wiehed ma’ l-art.

18. Headrest: Irid ikun hemm ilqugh addattat ghal ras is-sewwieq. Dan ghal fini ta’ Safety.

19. Seat Belt: Marbut mal-vettura ta’ lanqas fuq tliet ponot, jekk jista’ jkun fuq 4 ponot. Il-ponot kollha jridu jkunu marbuta sodi mal-vettura u fid-direzzjoni tal-gibda. Dawn jistghu jehlu fil-post originali talvettura, jew f’post iehor bil-bolts (7/16” / 11mm) u bil-washers (1/8” / 3mm plate, ta’ 50mm kwadru / tond). Seat belts tar-rukkell, (re-tractable), mhux permessi.

20. Silencer:-

i) Il-pipe tas-silencer irid ikun il-boghod mit-tyres u t-tank tal-petrol, u ma jttajjarx it-trab ta’ taht ilvettura. Jekk mhux kif miktub, il-vettura ma tibdiex u / jew titwaqqaf mit-tigrija.

ii) Il-hoss li johrog mill-vettura jrid ikun mhux aktar 84dB, imkejjel minn distanza ta’ 36pied (11 metru) u f’post ta’ 90 mal-gemb tal-vettura, meta l-magna tkun iddur mhux inqas minn 75% ta’ l-RPM taghha waqt il-kompetizzjoni.

21. Throttle Linkage: Dan irid ikun f’kundizzjoni tajba, ikollu molla mal-pedala u ohra mal-karburatur.

22. Batterija: L-ahjar tkun issigillata. Din trid tkun marbuta b’mod sod u mghottija kemm jista’ jkun b’recipjent tal-plastic, f’kaz li tinqaleb il-vettura.

23. Pipes tal-Brakes: Dawn iridu jkunu jghaddu mill-post originali jew minn gewwa tal-karozza. Il-pipes tal-lastiku (flexble pipes) iridu jkunu protetti bi stone guards. Il-pipes tal-hadid iridu jkunu marbuta sodi ma’ l-art / suspension tal-vettura.

24. Petrol tank: Dan irid ikun:-

i) fin-nofs tal-luggage booth

ii) marbut (ibboltjat) sod mal-qiegh / ‘rear seat panel’.

iii) Jesgha mhux aktar minn 3 galluni (15 ‘l litru)

iv) L-area tat-tank tkun issigillata mill-post tas-sewwieq b’materjal Fire-proof minhabba kaz ta’ nar.

25. Petrol pipes: Il-flexble petrol pipes iridu jkunu ta’ materjal approvat mid-ditti manifatturi li jibnu lkarozzi. Iridu jintuzaw grommets tal-lastiku kull fejn il-pipes jghaddu minn gol-body u bil-clips fuq kull gonta.

26. Bulkhead: It-toqob kollha bejn il-magna, tank tal-petrol, radiator u s-sewwieq, iridu jkunu maghluqa b’materjal fire-proof.

27. Crash Helmet: Dan irid ikun full face, bil-visor, jinqafel sewwa u ta’ kwalita tajba.

28. Ilbies tas-sewwieq: Hwejjeg tan-nylon, T-shirts jew shorts mhux permessi, izda overalls jew hwejjeg li jghattu l-gisem kollu.

29. Mudflaps: Dawn iridu jitwahhlu ma l-erba’ (4) roti fuq Kull vettura RWD jew FWD. Dawn iridu jkunu:-

i) mhux aktar minn 3 pulzieri (76mm) il fuq mill-art.

ii) mhux aktar minn 12 il-pulzier (30cm) lura mit-tyre thread. (Diametru orizzontali).

iii) Jibqghu efficjenti waqt it-tigrija shiha.

iv) Vettura b’mudflap nieqsa ma tithalliex tibda it-tigrija.

30. Igntion Switch: Is-Switch irid ikun immarkat ON u OFF, u jitfi l-pompa tal-petrol elettrika. Dan irid ikun jintlehaq mis-sewwieq meta dan ikun marbut f’postu.

31. Main Switch: Il-batterija jrid ikollha ‘main switch’ fuq l-ixkaffa ta’ quddiem il-windscreen ta’ quddiem u jkun kapaci jitfi l-magna u l-elettriku kollu.

32. Self-Starter: Kull vettura jrid ikollha ‘self–starter’ imwahhal fil-post u jahdem tajjeb.

33. Hadid ghar-Rinforz:- L-ebda hadid ghar-rinforz jew xrt ohra, fil-faccati u l-gnub tal-vettura ma jista’ jintuza jekk mhux bil-permess ta’ li-Skrutineer. Huwa permess li tipprotegi d-Distributor bil-wisgha tieghu biss, bi pjanca ta’ (3mm x 150mm) marbuta mal-magna biss.

34. Kompartiment tas-sewwieq:- Radiator, hoses tal-lastiku, tankijiet tal-petrol jew ilma, ma jistghux jehlu hawn, jekk mhux mghottija b’materjal Heat-proof.

35. Holqa ta’ l-irmonk:- Kull vettura jrid ikollha holqa ta’ l-irmonk fuq quddiem, din trid tkun taht il-body. Din trid tkun mhux anqas minn 2 pulzieri (50mm) diametru minn gewwa. Towing Brackets il-barra mill-body tal-vettura jridu jitnehhew.

36. Fanali fuq il-vettura:-

36.1 Amber Light:- Dawl minn fanal kulur Amber (orange), ta’ madwar 5 / 6 Watts irid ikun imwahhal fuq l-ixkaffa ta’ wara u dan jixghel il-hin kollhu bi switch, kull meta ir-Race Director jordna hekk.

36.2 Red Light:- Dawl minn fanal Ahmar ta’ bejn 18 / 21 Watts irid ikun jixghel mal-Foot Brake.

36.3 Qies tal-Fanal. Tond :- mhux inqas minn 50mm diam. Kwadru :- 50mm x 50mm

37. Area tas-Sewwieq:- Din trid tkun maghluqa kontra nar li jista’ jigi minn hdejn il-makna jew minn hdjen it-tank tal-petrol, u hielsa minn kull periklu iehor. Fejn hemm pipes tar-radiator filkompartiment tas-sewwieq, dawn iridu jkunu marbuta sodi u mghottija b’materjal ‘heat resisting’ it-tul kollu.

38. Fire Extinguisher:- (biex jitfi n-nar). Dan l-ahjar ikun ‘Dry Powder’ jew CO2, ta’ mhux anqas minn 1 kilo. Dan irid jitwahhal f’post li jintlahaq mid-driver anke meta jkun marbut fis-seat tas-sewwieq.

39. Il-Kumitat Organizzattiv jista’ jirrifjuta xi sewwieq minn xi jew kull attivita jekk jidhirlu li s-safety tassewwieq u / jew il-karozza jkunu ta’ periklu jew mhux skond ir-regolamenti ta’ l-Assocjazzjoni jew, f’kaz partikolari, tal-gurnata.

40. Radiator:- ‘L-Expansion Tank’ tar-radiator jista jehel fil-boot tal-vettura. Dan irid ikollu cover fuqu (bhal dak tal-batterija) ghal dak li huwa safety. Dan irid jizgura li la t-tapp tar-radiator u lanqas l-ilma / mishun ma jkun jista jtir / jinxtered / johrog fuq is-sewwieq jew persuni ohra. Pajpijiet (pipes) ta’ lilma jridu jkunu jifilhu kemm pressa (mhux anqas minn 30 psi / 2 bars) u temperatura ta’ mhux anqas minn 100C, u jkunu protetti milli wiehed jolqot maghhom.

Sezzjoni 4.

Makna, Transmisson, Chassis.

1. Makna:- Din trid tkun tal-mudell tal-vettura u accetta mill-ASM.

1.1 Mhux ikbar minn 1400cc. Makna ta’ cilindrata zghira tista’ titkabbar ghall 1400cc, izda makna kbira ma tistax ticcekken ghall 1400cc.

1.2 Magna, Gearbox, Final Drive / Differential li hargu fuq dak il-mudell, sena tal-manifattura, u approvati mill-ASM jistaw jintuzaw.

1.3 Detaliji ta kull mudell li tista tuza huma dawk biss approvati mill-ASM

2. Cylinder Head:- Mhux aktar minn 2 valves kull cilindru. Trid tkun tal-mudell tal-magna originali talvettura (dik permessa mill-ASM). Din tista’ tigi modifikata billi jitnehha metall, jinbidlu l-valves u jista’ jinbidel il-Compression Ratio.

3. Camshaft:- L-ghazla f’idejn is-sewwieq izda dan irid jibqa fil-post originali tal-maker.

4. Crankshaft:- L-originali tal-magni permessi fuq dak il-mudell biss.

4.1 Dan jista’ jigi modifikat.

4.2 Connecting Rods steel mhux permessi.

5. Flywheel:- L-originali hija accettabbli, izda ta’ l-azzar (steel) u Dowel Pins huma rakkomandati li jsiru.

6. Clutch u Pressure Plate:- Standard jew ‘Competition’ biss. Il-clutch linings / disc irid ikun cirku tond komplut, u ta’ materjal li jintuza komuni fil-karozzi (light passenger cars) tat-triq mill-makers.

7. Exhaust Manifold:- Ma jistax jidhol fil-kompartiment tas-sewwieq.

8. Exhaust Pipe: Dan ma jridx ikun ihares lejn l-art u jtajjar it-trab. Ideali jkollu it-tarf il-barra mill-vettura.

8.1 Irid ikun imwahhal tajjeb mal-vettura.

8.2 Bla Exhaust pipe, Silencer box jew storbju iktar mill-livell accettat mill-ASM, il-kompetitur ma’ jistax jibda t-tigrija anki jekk din tkun il-finali tal-gurnata jew tal-punti.

9. Inlet Manifold:- L-originali jew tal-mudell GT tad-ditta tal-manifattura tal-makna biss huma permessi. Dan ma jistax jigi modifikat.

10. Karburatur / Inlet manifold:-

10.1 Dik il-karozza li harget b’zewg karburaturi ‘Single Choke’ tista’ tuza zewg karburaturi ‘Single Choke’ fuq il-manifold l-originali.

10.2 Dik il-karozza li harget b’karburatur wiehed ‘TwinChoke’ tista’ tuza karburatur wiehed ‘Twin Choke’ fuq il-manifold l-originali. Fl-ebda kaz (10.1 – 10.2), l-ebda karburatur ma’ jista’ jkollu it-Throttle Diameter ikbar minn 1” jew (32mm).

10.3 Jekk jintuza karburatur ‘Single Choke’, dan irid ikun l-originali biss, i.e., dak uzat fuq dak il-mudell mill-manifattur.

i) Zewg karburaturi ‘Single Choke’ kull wiehed jew wiehed ‘Twin Choke’ skond il-mudell talmakna / inlet manifold / tip ta’ vettura. F’kull kaz, l-ebda karburatur ma’ jista’ jkollu it-Throttle diameter ikbar minn 1 ” (ta pulzier) jew (32mm).

ii) Jekk jintuza karburatur ‘Single Choke’, dan irid ikun l-originali biss, i.e., dak uzat fuq dak ilmudell mill-manifattur.

iii) Fuel injection ta’ kull tip mhux permessi.

11. Gearbox:- Ara r-Regolamenti dwar il-vettura partikolari fil-kampjonat.

Li tkun harget fuq dan it-tip ta’ karozza, basta li ma tkunx ‘straight cut’ jew Racing gearbox. N.B. Il- Ford Escort Mk1 / Mk2 jistghu juzaw gearbox minn karozza Ford 1600cc tat-tip Front engine / RWD.

12. Differential:- Ara r-Regolamenti dwar il-vettura partikolari fil-kampjonat.

i) Dan jista’ jigi illokkjat, izda LSD (Limited Slip Differential) ta’ kull kwalita ma jistax jintuza.

ii) Final Drive:- Ir-Ratios tal-Final Drive fuq kull mudell ta’ vettura huma dawk biss li johorgu mill maker tal-vettura fuq dak il-mudell biss.

13. Makna / Gearbox:- Dawn iridu jkunu marbuta fil-post originali taghhom.

14. Shock Absorbers:- (Dampers)

i) Jistghu jintuzaw sa zewg (2) dampers / molol fuq kull rota.

ii) Suspension Points:- Dawn iridu jibqghu fil-post originali fuq ix-chassis jew subframe.

iii) Molol tas-suspension jistghu jinbidlu ma’ ohrajn ta’ ‘Spring Rate’ differenti minn tal-maker.

15. Protezzjoni tal-makna:- Il-vetturi jistghu jipprotegu:

i) Id-Distributor permezz ta’ pjanca, hoxna 1/8” (3mm), wiesgha daqs id-distributor body u marbuta mal-makna. L-ebda ghamla ta’ hadid iehor ma’ hi permessa.

ii) Radiator:- permezz ta’ pipe wiehed tond, mhux akbar 1 ” (32mm), minn barra, u mhux ehxen minn 2mm wall thickness.

iii) Mudguards:- Tista tintuza virga tonda madwar kull wheel arch. Din il-virga ma tistax tkun ehxen minn ” (6mm), titwahhal fuq il-faccata ta’ barra tal-mudguards, b’mod li tista’ titkejjel.

16. Brakes:-

i) Dawn iridu jkunu kapaci ghal lanqas jillokkjaw ir-roti ta’ quddiem, inaqqas li speed tar-roti ta’ wara, u jridu jkunu jahdmu b’sistema hydraulic. ‘Adjustable controls’ mis-sewwieq, (ta’ kwalinkwe natura) fuq il-brakes mhux permessi.

ii) Power Brake unit / Tandem Master cylinder huwa rakkomandat li jintuzaw.

iii) Il-pedali tal-Brake u l-Clutch iridu jkunu mghottija b’materjal non-skid.

17. Steering:- Ir-rota ta’ li-steering trid tkun tonda u f’kundizzjoni tajba. Il-mekkanizmu ta’ listeering ma jridx ikollu laxk zejjed. Steering Glove / covers ma jintuzawx.

18. Propeller Shaft:- Minhabba is-safety, il-propshaft irid ikollu holqa tonda mad-dawra tieghu, u din, mhux aktar minn 6” (150mm) l-boghod mill-universal joint ta’ quddiem. Din il-holqa trid tkun mahduma minn hadida ta’ ” X 1” (6mm X 25mm).

19. Makni li ghandhom cylinder head b’zewg (2) valvi kull cilindru biss, jistghu jintuzaw.

20. Makni ‘Normal Aspirated’ biss jistghu jintuzaw. Turbo-charger, Super-charger, Nitrous Oxide (NO2) jew kull tip ta’ ‘Forced Induction’ mhux permessi.

21. Petrol:- Petrol tal-pompi kummercjali biss jista’ jintuza. Dan jista jkun ‘Leaded jew Unleaded’. Racing Petrol, Fuel / Racing additives ma jistghux jintuzaw.

22. Elettronika:- Rev Limitor u Electronic Ignition biss jistghu jintuzaw.

Sezzjoni 5.

Scrutineering.

1. Kull karozza trid tigi ccekkjata qabel kull kampjonat mill-iscrutineer u tithalla ssuq biss jekk tinghata ‘PASSED TEST’.

2. Kull kompetitur irid ikollu l-ghodda mehtiega biex tigi ccekkjata l-karozza mill-isrutineers.

3. L-iscrutineer izomm id-dritt li jiccekkja s-safety ta’ kull karozza matul kull attivita’ talgurnata, tul il-kampjonat u s-sezzjonijiet ta’ tahrig.

4. Il-Kumitat Organizzattiv izomm id-dritt li jiccekkja l-karozzi finalisti u ohrajn. Dan jista’ jsir anki wara kull tellieqa fuq il-vetturi rebbieha u ohrajn partecipanti f’dik il-gurnata. Jekk dawn ma jkunux skond ir-regolamenti, is-sewwieqa jaqghu fil-penalitajiet kif imfissra f’Sezzjoni 1 Para. 9.

Sezzjoni 6.

Penali.

1. Warning:- Dan jiswa lis-sewwieq tlett (3) punti penalita. Bandiera Sewda, (Black Flag), tiswa hames (5) punti. Dawn il-punti ta’ penali jibqghu jinghaddu flimkien minn attivita’ ghal ohra tul il-kampjonat. Jekk is-sewwieq jaqbez 10 punti ta’ penalita’, dan jigi mizmum milli jiehu sehem ta’ lanqas minn attivita wahda tal-kampjonat.

2. Bandiera Sewda:- Meta din tintwera lill xi kompetitur u dan jibqa’ jsuq minkejja li jkun inghata l-bandiera s-Sewda, dan jigi skwalifikat numru ta’ attivitajiet fin-numru daqs kemm ikun ghamel laps isuq wara li jinghata l-bandiera s-Sewda.

Kif kien :- 3. Bandiera Safra:- Min jaqbez kompetitur (jghamel Overtaking) minn fejn tkun qed tigi senjalata l- Bandiera s-Safra sa l-ostaklu fil-korsa, jitnaqqsulu Tlett (3) punti mill-puntegg tal-klassifika finali ta’ dik it-tigrija. Dan jista jwassal ukoll ghall-bidla fil-klassifika finali tat-tigrija.

Kif sar mil-14 ta Frar 2011.

Bandiera Safra:-
3. Min jaqbez kompetitur (jghamel Overtaking) minn fejn tkun qed tigi senjalata l-Bandiera s-Safra sa l-ostakolu fil-korsa, jitnaqqsulu Tlett (3) punti mill-puntegg tal-klassifika finali ta’ dik it-tigrija. Dan iwassal ukoll ghal bidla fil-klassifika finali tat-tigrija skond il-kundizzjonijiet 3a u 3b.

3a. Jekk dan l-overtaking isir bejn l-Ewwel (1st) u t-Tieni (2nd) post u jibqaw hekk sal-Finish, il-postijiet jinbidlu u jigi applikat ir-Regolament Sezzjoni 6 Nru 3. (jitnaqqsu Tlett (3) punti. Ezempju: Dak li ghamel l-overtaking jigi relegate ghat-Tieni post ta’ (6) punti u jitnaqqsulu (3) punti ohra ta’ penalita. Rizultat Finali ta’ dan huwa ta’ 3 punti biss.

3b. Jekk dak is-sewwieq li gie Overtaken fuq Bandiera Safra jitlef il-post originali tieghu wara dak l-overtaking, is-sewwieq li jkun ghamel l-Overtaking jitnaqqsulu 4 punti flok 3 punti. Jekk sewwieq ma jkollux punti bizzejjed, dan jibda bid-dejn. Dan jghodd ghal kull pozizzjoni waqt it-tigrija.

 

Warning li warajha tohrog Black Flag.

i) Meta Driver jircievi bandiera Warning u Black Flag (fil-Finali A jew B) fl-istess tigrija, dan jitnaqqsulu 8 punti minn dawk l-10 punti ta’ Penalita, izda ma jiehu l-ebda punt f’dik ittigrija. L-anqas ma jitnaqqsu punti diga mirbuha fil-kampjonat.

ii) Il-Kumitat Autocross izomm id-dritt li b’approvazzjoni tal-Kum. Esekuttiv izid xi kwalita ta’ penali, sospenzjoni, probation u / jew xi kwalita ohra ta’ penalita mhux miktuba f’dan lartiklu.

4. Decizjoni tar-Referee:-

i) Decizjoni tar-Referee tal-gurnata hi finali u Inappellabbli.

ii) L-akbar penali tar-Referee hija il-penali bil-bandieri, izda il-Kumitat Ezekuttiv tal-ASM jista’ jzid il-penali u / jew jghati probations skond kif jidhirlu f’kull kaz.

5. Waqt Finali A u B tal-gurnata, tista’ tintwera ‘Warning Flag u / jew Black Flag’ anki lil istess kompetitur.

i) Dawn jiswew lill kompetitur kif miktub f’sezzjoni 6, paragrafu Penali.

Jekk kompetitur fil-Finali ‘A’ ma ghandux bizzejjed punti, dan jibda bid-dejn fli-stagun li jmiss.

ii) It-3 punti jew 5 punti tal-Warning / Black Flag, jitnaqqsu kemm kif indikat f’sezzjoni 6 Nru.1, wkoll mill-punti tal-Kampjonat tal-ASM.

Sezzjoni 7.

Generali.

1. Il-Kundizzjoni fisika tal-kompetitur trid tkun wahda tajba u dan irid ikun ikkomfermat mill- Ufficjali ta’ l-ASM.

2. Jekk ikun hemm id-dubju li sewwieq ikun taht influenza ta’ alkohol, drogi u / jew ilkundizzjoni fizika u /jew mentali ma tkunx normali jew xi kundizzjoni ohra, dan ma jithalliex isuq u jista’ jigi penalizzat.

3. Jithalla jsuq min ghandu Licenzjia tas-Sewqan valida.

4. Dak li mhux miktub f’dawn ir-regolamenti ma jistax isir.

5. It-Trofy tal-Kampjonat, (dik li ir-rebbieh tal-kampjonat izomm ghal sena) trid tigi ritornata lill ASM sa l-ahhar ta’ Mejju.

6. Meta ssir alterazzjoni fil-karozza is-sewwieq huwa obbligat javza lill-Ufficjal (Scrutineer) tas-Section tieghu, qabel ma ssir l-alterazzjoni. Dan irid jigi iccekkjat u jithalla jsuq jekk jinghata ‘passed test’.

REOGALMENTI GODDA TAL-AUTOCROSS

1. Roller Rocker Arms huma permessi.

2. Flywheel ta l-Aluminum hija permessa.

3. Gear lever Quick Shift huwa permess.

4. Steering Quick Rack huwa permess. Dan it-tip ta Steering irid jibqa fil-post originali tal-maker skond ilmudell.

5. Electirc Water Pump hija permessa.

6. Crank jista jigi modifikat. Bhala stroke ta l-istess Crank irid jibqa l-originali tal-maker ta dak il-mudell.

Assocjazzjoni Sport Muturi – Regolamenti Autocross – Ottubru 2003