Frans Deguara wrote to di-ve.com.
Fondi migbura mill-ASM Autocross fGhawdex.
Il-Karozzi Autocross tal-Assocjazzjoni Sport Muturi fil-Week-end
tat-13 u l-14 ta Settembru 2003 marru Ghawdex biex wettqu programm specjali bi hsieb filantropiku. Dan il-programm ta tigrijiet
ittella mill-Membri tal-ASM biex jingabru fondi ghall tifel ta 5 snin li ghandhu bzonn kura malajr fit-tul gewwa l-Ingilterra.
Is-Sibt wara nofsinhar il-kompetituri kollha bil-karozzi tat-tigrija
gewwa Ghawdex ingabru fil-Pjazza tal-Knisja tax-Xewkija. L-Arcipriet Mons. Carm
Mercieca indirizza l-folla migbura u wara dan, il-karozzi nstaqu Carcade lejn il-Korsa fTa Hamet, limiti tax-Xewkija.
Il-Korsa giet iffurmata fil-ghodu kmieni fuq ghalqa kbira propjeta
tas-Sur Victor Scerri. Fnofstanhar, dan il-lok gie mibdul fkorsa tal-Autocross. Zewg kompetizzjonijiet gew organizzati is-Sibt
wara nofsinhar, ghall kompetituri Maltin u dawk Ghawdxin. Dawn ippreparaw il-karozzi taghhom fuq ir-Regolamenti tal-ASM Autocross,
fi zmien qasir izda mghammra bapparat tas-sigurta skond ir-regolamenti.
Waqt li kienu
qed isiru it-tigrijiet, ingabru fondi mill-kompetituri u ghadd kbir ta spettaturi Ghawdxin li kienu qed isegwu kull mossa
li kienet qed issir fil-Korsa. Dan il-lok kien ideali ghall fatt li li-spettaturi poggew fuq ic-cint tat-triq li jhares fuq
il-korsa minn post fil-gholi.
Waqt il-programm tal-Hadd fil-ghodu, flimkien mal-Autocross saru
wkoll tigrijiet tal-muturi Motocross u wkoll Go-carts specjali li kapaci jimxu fuq art ratba. Il-Hadd fil-ghodu gew aktar
nies jaraw dawn it-tigrijiet. Anki in-numru ta kompetituri zdied fdin il-parti tal-programm. It-tigrijiet spiccaw kif mahsub
ghall habta ta nofsinhar fejn il-kompetituri kollha Maltin u Ghawdxin, bil-karozzi regghu ingabru fil-pjazza tal-Knisja tax-Xewkija.
Il-President tal-ASM is-Sur Frans Deguara u Dr Monica Vella Sindku
tax-Xewkija indirizzaw lill folla. Is-Sur Deguara ipprezenta mementos lis-Sur Anthony Borg, Kap tas-Segretariat fil-Ministeru
ghal Ghawdex, lis-sindku Dr. Vella, lill-Arcipriet, kunsillieri u persuni ohra distinti.
It-Trofej sponsorjati mill-ASM u ditti Ghawdxin gew ipprezentati
lir-rebbieha tat-tigrijiet Autocross Maltin u Ghawdxin mis-Sindku Dr. Vella. Il-kompetituri kollha gew ukoll ipprezentati
btoken ta l-okkazzjoni.
Is-Sur Deguara ipprezenta lill-Arcipriet Mons. Mercieca l-fondi
migbura waqt din l-attivita Autocross fix-Xewkija fost capcip minn dawk kollha prezenti fil-Pjazza. Is-somma li ngabret mill-ASM
fmadwar 5 sieghat kienet £1202 .32c. Mons Mercieca irringrazzja lill ASM u d-donaturi u ghadda l-fondi migbura lill-familjari
tac-ckejken ta 5 snin John Paul Attard mix-Xewkija stess.
Is-Sur Deguara President tal-ASM jirringrazzja lill dawk kollha
li taw kontribut biex issir din l-attivita sportiva izda baghn filantropiku.