Autocross in Malta

Regs Demolition 2011

Home
Race Dates 2014.
Race Points 2013 - 2014
Regs Autocross 2011
Regs Demolition 2011
Regs Motocross 2011
Links to Photo Albums
Links / Sponsors
Facilities - Marshals
Some Photos
ASM Champions from 1985
Racetrack Map
ASM 4 x 4 Buggy Speed Circuit Event
General Info
Contact Us
Xewkija Autocross 2003
Darren Dimech_2004
Demolition New Regulations (Latest)
from :- 2010 10 01
 
            Car Demolition Rules & Regulations are available only in Maltese.
            Pls Excuse us for any inconvenience.

Regolamenti Demolition Derby, Ottubru 2010.

 

Sezzjoni Nru. 1 Il-Vettura

1.         Qisien tal-vettura. Hemm 3 qisien tal-vetturi ghal kompetizzjoni Demolition.

            (a) Minicar Demolition, (sa 13 il-pied)

            (b) Demolition tal-Karozzi kbar sa16 il-pied

            1b. Il-qies tal-vettura jitkejjel bil-bumpers originali mwahhlin f'posthom.

            1c. It-tuwl tal-karozza jrid ikun it-tuwl originali, (i.e. il-qies imqabbel ma' tal-maker)

            Dan il-qies ma' jistax jigi modifikat, taht l-ebda cirkustanzi.

 

2.         Karozzi Saloon, Station-Wagons u bil-Hardtops jistaw jikkompetu.

            Dawk ta’ Bla Saqaf ma jistawx jikkompetu.

 

3.         Il-karozza jista' jkollha magna ta' karozza ta' mudell iehor. Din tista' tkun

            (piston engine) kemm Petrol jew inkella Diesel. NOx (Nitro) ma' jintuzawx.

 

4.         Il-Magna tal-vettura. Il-magna tal-vettura trid tibqa fil-post originali. Ez. vettura

            b'magna fuq quddiem trid tibqa b'magna fuq quddiem, ghalkemm il-magna tista tkun

            ta' xi mudell iehor.

            Il-magna tista titressaq minn postha, sakemm jippermettilek il-Firewall. (ara Nru.38)

 

5.         Il-Firewall. Din il-pjanca li tifred il-magna mill-kompartiment tas-sewwieq trid

            tibqa' l-istess wahda originali u fl-istess post minghajr modifikazzjoni ghall magna

            ohra.

 

6.         Numru tal-Kompetizzjoni. Kull karozza jrid ikollha numru abjad fuq sfond iswed, fuq

            pjanca fuq is-saqaf .

            Dan in-numru, ta' mhux anqas minn sitt (6") pulzieri (150mm) gholi, jrid ukoll ikun

            miktub fuq il-bonnet ta' quddiem u fuq il-bieba tax-xellug.

 

7.         Number Plates mhux Maltin iridu jitnehhew.

 

8.         Kliem, reklami, stampi, accessorji u hwejjeg ohra jista' jigu ordnati mill-Ufficjali ta' l-

            ASM biex jitnehhew. Jekk Le, il-vettura tigi eliminata.

 

9.         It-tieqa tal-bieba tas-sewwieq irid ikollha xibka iebsa tal-hadid,

            bil-qisien :-  1" x 1" x 1/16". (25mm x 25mm x 1.5mm).

 

10.       Il-hgieg kollu jrid jirnehha. Mhux permess li jithalla hgieg miksur fil-biebien.

 

11.       Il-kompartiment tas-sewwieq irid ikun protett kontra n-nar, petrol, ilma, acidu tal-

            batterija u perikli ohra.

 

12.       Il-biebien tal-karozza. (Mhux dik tas-sewwieq) Dawn ma' jistghux jigu wweldjati

            kollha malbody tal-vettura. Meta jsir welding fuq dawn il-biebien (mal-body), dan irid

            isir fi tliet (3) postijiet, 'fuq, fin-nofs u isfel' u minn naha ta' barra biss.

            Dan il-welding irid isir f'tulijiet ta' mhux aktar minn (3) tliet pulzieri, (75mm)

            f'kull weldjatura.

 

13.1      Bumpers Ma jista jsir l-ebda rinforz fil-bumpers iktar min dak originali provdut mill-

            maker tal-vettura.

 

14.1      Il-Bumpers. Karozza tigi mkejjla mill-itwal points tal-body bil-Bumpers

            imwahhla f'posthom.

14.2      Jekk ikun hemm Bumper nieqes, din jizdiedilha 4" (4 pulzieri) mal-qies tal-vettura,

            ghall kull Bumper nieqes li jkollha.

14.3      Jekk din imbaghad iggib il-qies ta' aktar min 16 il-pied, din tigi eliminata.

14.4      Il-Bumpers tal-karozza jridu jkunu l-originali jew xejn.

 

 

15.       Il-bieba tas-sewwieq. Il-karozza ma' jistax ikollha rinrorz imkien hlief fil-bieba tas-

            sewwieq.

            Il-bieba tas-sewwieq tista'

            a) tigi iwweldjata kollha mal-body,

            b) timtela bil-konkos (mhux inqas minn 2/3 tal-gholi tahha).

            c) jsir rinforz tal-hadid minn gewwa tal-vettura,

            d) tintuza pjanca hoxna tal-hadid fuq barra tal-bieba. Din trid tkun :-

            e) bejn 9" sa 13" (230mm sa 330mm) gholja.

            f)  Hxuna tal-pjanca :- mhux aktar minn 3/4" (19mm).

            g) imrikkba mhux aktar minn 5" (125mm) kull naha, fuq il-mudguard ta' quddiem

                u fuq il-bieba ta' waraja.

            h) Trid tkun ta kulur differenti mill-kumplament tal-vettura. Ideali tkun mizbugha

                 cara fuq karozza skura jew vici-versa.

            i)  Jekk il-bieba tas-sewwieq tinfetah jew jinkixef is-sewwieq min din il-bieba, dan

                jigi eliminat (ghal raguni tas-Safety).

            j)  Gholi tal-pjanca :- Qies tal-gholi tal-bieba NIEQES 4 inches (100mm) minn fuq

                u min isfel tal-Bieba.

 

16.       Tapizzerija tal-bieba tas-sewwieq. Din tistgha tibqa fil-post originali biex tghatti

            xi xfar u oggetti perikoluzi ohra fil-bieba.

 

19.1      SinglePole irid ssir wara ras is-sewwieq sakemm dan ikollu plate 1/8" (3mm) hxuna f'kull tarf (fuq u isfel), u ta' mhux anqas minn 6" x 6" (150mm x 150mm) kwadru. Dawn il-plates iridu jkunu ibboltjati kemm mas-saqaf u mal-floor panel tal-vettura, b'erba (4) bolts f'kull naha. Qies tal-kamin tal-bolts huwa 3/8" (10mm).

19.2      Dan is-Single Pole irid ikollu diametru ta’ mhux anqas minn 2 1/2" (63mm) minn

            barra, bilhxuna tal-materjal (wall thickness) ta' 1/8" (3mm) u mwahhal fuq art soda.

19.3      Minflok is-‘Single Pole’ tond jista' jsir 'Hollow Section tal-hadid' bil-qies ta' :-

            4" x 2" (100mm x 50mm). Dan xorta jrid ikollu l-pjanci ta' 6" x 6" f'kull tarf u ibboltjat

            mas-saqaf u ma' l-art.

 

20.1      Seat belt. Dan irid ikun tat-tip 4 belt bi 3 jew 4 points mal-vettura.

20.2      Is-Seat Belt irid ikun marbut mal points originali jew mas-Single Pole.

21.       Safety Helmet. Dan irid ikun ta' kwalita u kundizzjoni tajba, jinqafel sew u tat-tip

            "Full Face". Viser ma dan hija rakomandata. Dan irid ikun maqful sew waqt it-tigrija.

 

22.       Seat tas-sewwieq. Dan irid ikun imwahhal sew ma' l-art tal-vettura u jkollu Head

            Rest minnhu nnifsu.

 

23.       Fire Extinguisher. (biex jitfi n-nar). Dan irid ikun mhux inqas minn "1kilo" tat-tip

            Dry Powder' jew "Foam" (NB. dawn mhux tajbin biex titfi xi bniedem).

 

24.       Tow Bars u brackets iridu jitnehhew kollha.

 

25.       Brakes. Il-karozza jrid ikollha il-brakes jahdmu

 

26.       Vireg tan-nickel jew materjal iehor madwar il-body tal-vettura minn gewwa u

            minn barra jrid jitnehha. Dan ghall fini tas-Safety.

 

27.       Hub Caps, rims tal-fanali, aerials, u accessorji ohra tal-metall mal-body jridu

            jitnehhew.

 

28.1      Il-Batterija. Tal-parir li tkun 'sealed battery'. F'kull kas, il-batterija ma tkunx

sealed irid ikollha cover fuqha biex jilqa' l-acidu f'kas li l-karozza tinqaleb. Fil-kaz li l-Batterija tkun 'fully sealed" jew tip "no maintenance", jrid ikollha it-terminals mghottija b'materjal insulated. Dan minhabba is-safety tas-sewwieq.

 

28.2      F’kull kas, kull Batterija trid tkun marbuta sew ma' l-art tal-vettura.

28.3      Il-Batterija trid tkun il-boghod mit-tank tal-fuel aktar minn 10 pulzieri (250mm).

28.4      Jistaw jintuzaw sa zewg (2) batteriji biss.

 

30.1      Bonnet Pins. Jekk dawn ikunu bil-kamin, ma jkunux itwal minn pulzier (25mm) il-

            barra mill li-skorfina u ta hxuna sa 19mm diametru.

30.2      Bonnet jista ikollu 4 bonnet pins u il-bagoll jista jkollu sa (2) zewg bonnet pins.

            Kemm il-Bonnet kif ukoll il-bagoll ma jistaw jigu weldjati.

 

31.       Il-bonnet tal-magna jsirulu zewg taqob ta maqwar 6’’ Diam. (150mm), wahda

            kull naha tal- Karburatur Dawn isiru biex f’kaz ta’ nar, dan jista jintlehaq permezz

            ta’ Fire Extinguisher’.

 

32.1      Tank tal-Fuel. It-tank tal-fuel tal-Maker tal-karozza jrid jitnehha. Dan ma jistax jitpogga post iehor u jintuza ghall fuel tal-vettura. Il-fuel tank 'marine' huwa idejali. Container (tank) talmetall jew "plastic fire-proof" jista' jintuza.

32.2      It-Tank irid ikun :-

            a) jesgha (cilindrata) madwar 25 Litri (5 galluni),

            b) ikollu il-pipe tal-hrug minn fuq biss,

            c) ikun marbut sod f'post bla periklu ghas-sewwieq u kontra n-nar.

            d) ma' jistax jitwahhal wara is-seat tas-sewwieq u / jew hdejn il-batterija.

 

33.3      Jekk jirrizulta li t-tank ma' jkunx "Safe", il-karozza tigi eliminata.

33.4      Jekk it-tank ikun ta' struttura fil-karozza, meta dan jitnehha, tista' twahhal pjanca

            sa Gauge 20 f'lok it-tank.

 

34.       Fuel. Petrol / Diesel li jinxtara mill-pompi kummercjali (Enemalta) biss jista'

            jintuza.

 

35.       Cooling System. Din trid tkun li ma' tohloqx periklu ghas-sewwieq u ghall

            haddiehor. Il-pipes ta' l-ilma jridu jkunu :-

            a) ta' materjal tajjeb ghall ilma jahraq, (Plastic Drain-Pipes mhux accettati).

            b) ikunu catti ma l-art

            c) jkunu mghottija b'materjal kontra is-shana qawwija.

            d) L-Overflow pipe tat-tank tal-ilma jrid ikun jizvoga taht il-qieh tal-vettura.

 

36.       Spreader Plates. Jekk isiru xi forma ta' spreader plates (pjanci bejn is-sieq tal-magna u ixchassis jew Cross Member, dawn Ma Jistghux isiru akbar minn 6" (150mm) fuq ix-chassis jew fuq il-Cross Member.

 

37.1      Pjanci tax-Chassis. Jekk jinbidlu xi pjanci (ez. minhabba is-sadid), dawn iridu jigu mibdula ma' ohrajn ta' l-istess qies u Gauge u kwantita ta pjanci. Ez. (Zewg pjanci ta Gauge 20/1mm)

37.2      Il-pjaci qodma jridu jitnehhew u ma jistax isir l-ebda rinforz.

 

38.       Engine Mountings. Is-saqajn tal-magna, tal-metall jew lastiku, kull wahda tista'

            tehel biss jew max-Chassis jew mal-Cross Member u mhux maz-zewg partijiet.

            Welding bejn ixchassis u l-Cross member (dik tas-suspension) ma' jistax isir, jekk

            din, originali, tkun ibboltjata max-chassis mill-Maker tal-vettura.

 

39.1      Tyres ‘solid’ kemm jekk tal-lastiku, tal-hadid jew materjal iehor, ktajjen jew strides ma

            jistawx jintuzew.

39.2      Tista tuza rota wahda biss fuq kull hub/fus kemm quddiem u kemm wara.

            (Double wheels) ma jistawx jintuzaw.

 

40.       Silencer. . Kull karozza jrid ikollha silencer effettiv kif titlob l-ASM. Jekk Le, din

            tigi eliminata. Bla Silencer effettiv u marbut sew ma tithalliex tibda ittigrija.

            Kull sistema tas-silencer tigi accettata sakemm:-

            a) il-hoss ma jkunx aktar minn 84dB (bli specifications kif stipulata mil-ASM

            b) l-ebda parti tas-silencer ma tkun moghddija mil-kompartiment tas-sewwieq u

                  l-passiggieri.

            c) il-magna ma tkunx qed tohrog duhhan eccessiv li jista’ jkun ta periklu ghal

                  pubbliku.

 

41.       Is-suspension tal-karozza jista jigi modifikat mill-gholi (Ground Clearance) izda ir-Running Board ma tistax tkun gholja iktar minn 10 inches (250mm) mill-art ghax tigi skwalifikat.

 

42.       Is-Suspension tal-Vettura trid tibqa tahdem. Is-‘suspenson arms’ tal-vettura, kif

            ukoll ix-Shock absorbers jew Dampers u il-molol tas-suspension, Ma Jistawx jigu

            iwweldjati solid tant li is-suspension tispicca ma tahdimx.

 

 

Sezzjoni 2. Regoli tat-Tigrija

2. 1.     Hbit Hadd ma jista jahbat apposta ma karozzi skwalifikati jew abbandunati (bla

            sewwieq)

 

2. 2.     Nuqqas ta Hbit. Jekk sewwieq jghamel izjed minn zewg minuti minghajr ma

            jahbat ma hadd u bla ma jghati daqqiet fuq karozzi li qed jikkompetu, dan jigi

            skwalifikat.

 

2. 3.     Karozza Wieqfa. Jekk driver jehel u jghamel iktar minn zewg minuti ma jimxix,

            dan jigi eliminat avolja jkollu il-magna ghada tahdem.

2. 4.     Inbuttar. Hadd ma jista ‘jibqa jimbotta’ xi karozza ghal fuq it-tyres u/jew barra

            mil-korsa. Dan irid jitlaqa qabel din ma tasal fuq it-tyres mal-gnub, ecc.

 

2. 5.     Id-decizjoni tar-Referees hija finali u inappellabbli f’kull kaz.

 

2. 6. 1   Registration ghat-tigrija. Kull sewwieq irid jirregistra il-karozza tieghu fil-hin

            stipulat mill-ASM. Dan irid jippprezenta fil-hin stipulat, id-dokumenti necessarji u

            rikjesti mil-ASM.

2. 6. 2   L-ahhar Registration tista’ ssir sa 3 sieghat qabel il-hin avzat ghat-tigrija.

2. 6. 3   L-ASM izzomm id-dritt li ma taccettax, tirrifjuta kull applikazzjoni ghat-tigrija.

2. 6. 4   Is sewwieq registrat biss jista jsuq il-karozza fil-kompetizzjoni.

 

2. 7.     Scrutineering. Kull vettura trid tittella ghal Scrutineering kif stipulat mil-ASM. Jekk xi vettura ma tikkwaliifikaw u ma tinghatax ‘Passed Test’ mill-Ufficjali inkarigati, is-sewwieq jista jirranga id-difetti sal hin stipulat biex tibda it-tigrija. Jekk dawk l-affarijiet ma jigux irrangata, il-vetura ma tistax tikkompeti.

 

2. 8.     Imgieba. Jekk sewwieq ma jobdix ld-direttivi moghtija lilu mill-Ufficjali tal-ASM,

            dan jista jigi eliminat mit-tigrija u jista jigi penalizzat skond il-kaz, mill-esekuttiv

            tal-ASM

 

2. 9.     Inspection. L-ASM izzomm id-dritt li tispezzjona kull vettura qabel, waqt u wara it-tigrija.

 

2. 10.    Rebbieh: Jekk iz-zewg finalisti jibqaw jimxu u jghatu daqqiet bil-mod tant li jaghmluha difficli li jigi deciz Winner fost dawn l-ahhar tnejn, tittiehed decizjoni kif gej:- dak is-sewwieq li jghati l-ahhar daqqa aggressiva, jigi dikjarat rebbieh. Decizzjoni finali hija f’idejn ir-Refferees.

 

2. 11.    Tard fuq li Start. Min ma jkunx prezenti fuq li start fil-hin, dan jinghata zewg [2]

            minuti u jekk jibqa ma jkunx prezenti fuq li start, it-tigrija tibda minghajru.

            Dan ma jistax jidhol fit-tigrija meta din tkun bidet.

2. 12.    Trofies :- Jinghataw zewg Trofies. Wahda lir-Rebbieh u ohra lir-Runner-Up.

 

2. 13.    Fire. Jekk xi vettura tiehu n-nar it-tieni darba waqt l-istess kompetizzjoni, din tigi

            eliminate kompletament.

 

2. 14.    Duhhan Eccessiv. Kull karozza li tkun qed taghmel duhhan eccessiv, din tista

            tigi skwalifikata.

 

Sezzjoni 3. Regoli Generali.

3. 1:     Kull sewwieq ghandu mhux aktar minn zewg (2) minuti bla ma jghati daqqiet

            fuq karozzi fil-kompetizzjoni.

 

3. 2:     Daqqiet fuq il-bieba tas-sewwieq jirrizultaw fi skwalifika. (Ara sezzjoni 3 Nru 3.20)

 

3. 4.     Ma tistax taghti daqqiet fuq vetturi wieqfa bla sewwieq, skwalifikati,

            abbandunati jew fejn is-sewwieq ikun qed jigi mghejjun biex johrog mil-vettura.

3. 5.     Il- vetturi kollha jistaw jergaw jigu spezzjonati mill-Ufficjali tal-ASM. Min jirrifjuta li l-vettura tieghu tigi spezzjonata, qabel, waqt u wara it-tigrija, dan jigi eliminat awtomatikament bla avviz iehor u jitlef kull premju, punti,ecc.

 

3. 6.     L-ahhar daqqa aggressiva bejn l-ahhar zewg kompetituri, jigi ddikjarat rebbieh.

 

3. 7.     Id-decizjoni tar-Referee hija Finali. Argumenti mar-Referee jirrizultaw fi

            skwalifika.

 

3. 8.     Il-‘hlas ghal Registration’ irid isir qabel ma l-vettura tigi spezzjonata mill-

Iskrutineers tal-ASM. Jekk il-vettura ma tghaddix mit-test, tinghata cans biex tirranga sa 20 il-minuta qabel tibda it-tigrija. Jekk id-difett ma jigix irrangat jew ma jistax jigi irrangat, jew ma jkunx fadal hin bizzejjed, dik il-vettura ma tistax tinzel ghat-tigrija Demolition u l-Entry Fee tigi moghtija lura

 

3. 9.     L-ASM izzomm id-dritt li zzid, tnaqqas u tirrevedi dawn ir-regolamenti kollha jew

            xi partijiet minnhom skond kif ikun mehtieg minn zmien ghal zmien.

 

3. 10.    L-ASM ma taccettax responsabbilita ghal azzjoni/jiet minn naha ta xi driver/s,

            helpers u assistenti ma xi sewwieq.

 

3. 11.    Indemnity :- L-ASM ma hix responsabbli ghal xi korriment, serq u/jew hsara li jigru lill xi hadd waqt li qieghed fil-premises tal-ASM, izda taghmel dak kollu possibbli biex izzomm lordni u r-rispett.

 

3. 12.    Imgieba. L-ASM izzomm id-dritt li telimina xi sewwieq/a jekk l-azzjoni tahhom tigi

            meqjusa ta’ periklu ghal xi hadd, kemm sewwieq, ufficjal jew xi hadd iehor.

 

3. 13.    Kull sewwieq huwa responsabbli ghan nies tieghu ghanki dawk fil-Pits u/jew fil-

            Korsa u/jew fil-Premises tal-ASM.

 

3. 14.    Towing Trucks, Hi-Up u vetturi kbar li jgorru il-vetturi tal-kompetizzjoni, jigu

            ipparkjati barra il-premises tal-ASM. Dan ghal fini ta spazju u sigurta.

 

3. 15.    Hadd ma jista’ jkun passiggier waqt it-tigrija Demolition.

 

3. 16.    L-ebda drinks li fihom l-Alkohol, alcohol pur jew drogi ma huma permessi. Jekk

            ikun il-kas, l-ASM tista tinforza il-ligi tal-‘Breath Analyser’ bil-pieni assocjati ma

            dan.

3. 17.    Imgieba. L-imgieba hazina tas-sewwieq, it-team u/jew il-hbieb tieghu tista’ tirrizulta fi skwalifika tas-sewwieq anki jekk dan ikun rebah.

 

3. 18.    Is-sewwieq biss jista jitkellem ma l-Ufficjali tal-ASM rigward id-Demolition. L-

            ebda Pit-Crew jew membru iehor ma jista jitkellem ghas-sewwieq.

 

3. 19.    L-Ufficjali tal-ASM jistaw jordnaw lill kull sewwieq biex ibiddel jew inehhi xi

            parti jew oggetti li jigu kkunsidrati perikoluzi.

 

3. 20.    Daqqiet fuq il-bieba ta sewwieq mhux permessi. L-ufficjal/i jiddeciedi/u jew il-daqqa kienetx accidentali jew le. L-Ewwel habta fuq il-bieba tas-sewwieq twassal ghal Warning. Jekk jerga jkun hemm it-tieni daqqa kemm accidentali u/jew intenzjonata, dak is-sewwieq li jkun taha id-daqqa, jigi skwalifikat dak il-hin stess.

 

3. 21.    Id-drivers kollha jridu jattendu id-‘Drivers Briefing’ li jsir mill-Ufficjal tal-ASM.

 

3. 22.    Jekk ikun hemm il-htiega, l-Ufficjali tal-ASM jiehdu decizjoni fuq kwalunkwe sitwazzjoni li mhix miktuba f’dawn ir-regolamenti.

 

3. 23.    Jekk sewwieq joqghod jiskarta id-daqqiet, (sandbagger), dan jigi moghti Warning. Jekk jibqa ma jobdix, dan jigi skwalifikat.

 

Sezzjoni 4. Safety, x-Tista jew Ma Tistax taghmel.

Items li Ma Tistax taghmel fil-vettura.

4. 1.1    L-ebda tip ta Trailer Hooks, holoq jew ohrajn ma jistaw jintuzaw.

 

4. 1.2:   Il-Frame tal-vettura ma jistax jigi infurzat/

 

4. 1.3:   Is-sistema tal-cooling ghal magna trid tigi approvata mill-ufficjali tal-ASM

 

4. 1.4:   l-magna, Gearbox u l-fus ta wara iridu jibqaw fil-post originali. Vettura FWD ma

            tistax tigi konvertita ghal RWD jew vici-versa.

 

4. 1.5.   Karozza 4WD tista tithalla issuq sakemm din jitnehhiela ‘prop-Shaft’ biex tigi jew FWD jew RWD Biss.

 

4. 1.6.   Dak li mhux miktub f’dawn ir-regolamenti, ma jistax isir. Hu parir minn qabel.

 

4. 1.7.   Il-bonnet tal-magna u l-bieba tal-bagoll ma jistawx jigu iwweldjati mal-body.

 

4. 1.8.   Aqta zewg toqob ta mhux inqas minn 6 pulzieri hdejn il-Karburatur (f’kas li dan

jiehu n-nar).

 

4. 1.9.   Il-karozzi kollha jridu jitnehhew mil-lokalita tal-ASM fi zmien 24 siegha minn tmiem ittigrija u dan bi ftehim mal-Ufficjali tal-ASM. Jekk il-vettura ma titnehhiex fi zmien l-24 siegha, l-ASM izzomm kull dritt li tnehhi il-vettura. Jista jintalab hlas ghal dan is-servizz.

 

X’tista tghamel jekk trid.

 

4. 2.1    Differential jista jigi iwweldjat

 

4. 2:2    Cooler tal-magna u/jew transmission jista jigi ri-lokat fil-vettura.

 

4. 2.3    Tista tipprotegi il-valves tat-tyres mar-rim tar-rota.

 

Safety Rules

4. 3.1:   Kull sewwieq irid ikollu 18 il-sena jew aktar u jkollu licenzja tas-sewqan.

 

4. 3.2:   Kull sewwieq irid jilbes Helmet Full Face, Nuccali tas-sigurta jew Visor mal Helmet.

 

4. 3.3    Seat Belt ikun maqful il-hin kollu waqt it-tigrija Demolition. Jekk Le, jigi skwalifikat.

 

4. 3.4    Kull sewieq irid jilbes qalziet twil u qmis bil-komma twila waqt is-sewqan. L-ahjar

            jilbes ‘drivers suit’. Zarbun jew slipper li jghatti is-sieq kollha tas-sewwieq.

 

4. 3.5:   Is-sewwieq ma jistax jiehu Alcohol, birra, drogi jew certi medicini, qabel u waqt

            ittigrija.

 

Vetturi bil-Fuel Injection.

4. 4.1. Karozzi bil-Fuel Injection, li ghandhom il-Fuel High-Pressure Pump fit-tank tal-

            Fuel.

4. 4.2.   Jekk it-tank ikun imwaahhal quddiem ir-Rear Axle, dan jista jibqa fil-post originali u

4. 4.3.   Ma Jistax ikun fih aktar minn 5 galluni fuel.

4. 4.4    Il-Pompa elettrika jrid ikollha ‘Shut-Off’ switch li jintlahaq mis-sewwieq bis-seat-belt.

4. 4.5.   Jekk it-Tank ikun imwahhal wara ir-Rear Axle, dan irid jitnehha u jitpogga tank zghir fil-kompartiment tas-sewwieq. (Ara 32.1- 32.4)

4. 4.6.   Jista jintuza tank tal-Fuel tal-metall jew tal-plastik (marine) u dan

4. 4.7.   Ikun marbut sew mal-qieh tal-vettura permezz ta cintorin (strap) u bolts.

 

Protest.

4. 5.1.   Protest jista jsir mis-sewwieq Biss, bil-miktub u fi zmien 30 minuta min tmiem it-tigrija.

4. 5.2.   Jekk il-vettura protestata tinstab hazina, 2/3 tal-flus jigu ritornati lill min ghamel il-

            protest.

4. 5.3.   Jekk il-vettura tinstab tajba, il-flus jinqasmu 50% ghal vettura protestata u 50%

            ghal ASM.

4. 5.4    Kull Protest jiswa EUR 50.00

 

TMIEM

 

For more information send Email to fdeg1@yahoo.co.uk or asm@maltanet.net.  +35699452117